Sport

Empoli jeliminaw lil Juventus fil-Coppa Italia

EPA

Fl-għoti tal-penalties kienu Empoli li għaddew għas-semifinali. Riżultat sorpriza l-aktar jekk wieħed iqis li Empoli għaddew barra minn darhom filwaqt li diżappunt minn Juventus kontra avversarju anqas ikkwotat u forsi kellhom wkoll l-aħjar polza f’dan l-istadju.

Kienu Empoli li fl-24 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ YOUSSEF MALEH li minn azzjoni ta’ Jacopo Bacci għeleb lil Mattia Perrin. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fis-66 minuta Juventus kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Kolo Muani kien KYEPHREN THURAM li għeleb lil Devis Vasquez.

Bir-riżultat jibqa’ 1 – 1 il-partita marret għal għoti tal-penalties.

Juventus fallew l-ewwel penalty minn Dusan Vlahovic kif ukoll ir-raba’ wieħed minn Kenan Yildiz. Bejniethom skorjaw għal Juventus Kolo Muani u Manuel Locatelli.

Empoli skorjaw l-erba’ penalties permezz ta’ Liam Hendersen, Christian Kouame, Liberato Cacace u Luca Marianucci.

Wara dan ir-riżultat, iż-żewġ semifinali tal-Coppa Italia jintlagħbu fuq żewġ legs fix-xahar ta’ Apri. Se jkunu bejn Bologna u Empoli, fl-ewwel semifinali, bit-tieni semifinali tkun id-Derby della Madonnina bejn Milan u Inter.