Il-Gvern falla. U dan huwa mument li fih il-poplu għandu jingħaqad biex isemma’ leħnu.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech meta ħabbar il-protesta nazzjonali li qed tissejjaħ għad-9 ta’ Marzu, fil-Belt Valletta.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Bernard Grech ta lista sħiħa ta’ mumenti u sitwazzjonijiet li fihom il-Gvern falla totalment – bl-aħħar każ ikun dak tad-droga li nsterqet mill-barracks tal-AFM. U l-mossa biex jiġi ristrett id-dritt taċ-ċittadin li jiftaħ Inkjesta Maġisterjali.
Kien hawn fejn Bernard Grech fakkar li biex isalva lilu nnifsu Robert Abela ma aċċettax ir-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-poplu qed jibgħat messaġġ ċar li jrid bidla.
Bernard Grech insista li dan huwa Gvern li għax ma pjanax qed ifalli f’kull aspett – mill-ogħli tal-ħajja għat-traffiku kontinwu. Mis-settur tas-saħħa għall-mediċini out of stock.
//= $special ?>