Lokali

Il-PN jikkundanna l-intimidazzjoni u jesprimi solidarjetà mal-ġurnalisti ta’ One News

Jistenna li l-awtoritajiet jinvestigaw

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna l-aġir intimidatorju ta’ numru ta’ persuni fuq il-ġurnalisti li kienu qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom lbieraħ filgħaxija quddiem il-bini tal-Qorti. Il-Partit Nazzjonalista jesprimi solidarjetà mal-ġurnalisti involuti u mal-mezzi tax-xandir li jaħdmu magħhom, One News.

Il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-awtoritajiet minnufih jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-ġurnalisti u biex dawk li intimidawhom jiġu investigati u jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jinsisti li l-Gvern minnufih jippubblika l-White Paper dwar riformi għat-tisħiħ tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna, biex kull ġurnalist f’Malta u Għawdex ikollu l-ogħla livell possibbli ta’ ħarsien mill-abbużi ta’ dawk li jridu jaħbu l-verità.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ukoll jesprimi solidarjetà sħiħa mal-ġurnalisti ta’ One News u jestendi s-sostenn tiegħu lill-ġurnalisti kollha f’pajjiżna.