Il-President ta’ Marsei,lle Pablo Longoria, kien sospiż 15-il partita wara li stqarr li l-klabb tiegħu kien vittma ta’ “korruzjoni”.
L-eks plejer Taljan, Fabrizio Ravanelli li kien ukoll jilgħab mal-klabb Franċiż u li issa qed jaħdem bħala kosnulent mal-klabb ukoll kien sospiż tliet partiti wara li stqarr li d-deċiżjonijiet fi tmiem il-ġimgħa fit-telfa ta’ 3-0 kontra Auxerre kienu skandalużi.
Sebastien Deneux, li huwa l-Kap tal-Professional Football League ta’ Franza, qal li dawn il-kummenti huma ksur ta’ etika li jħammeġ il-futbol Franċiż.
//= $special ?>