Sport

Ir-Royal Malta Golf Club torganizza t-Takomo Handicap Challenge

Il-plejer żagħżugħ Noah Gratil rebaħ it-Takomo Handicap Challenge wara li ddistingwa ruħu fit-tournament li sar fil-korsa tal-golf, fil-Marsa.

Noah Gratil temm qabel Ingo Sausmekat u Steve Patterson f’wirja mill-aqwa li kellu u li kkonferma il-potenzjal tiegħu minkejja li għad għandu 17-il sena.

Sadanittant, saret ukoll kompetizzjoni oħra bl-isem ta’ Takomo 36 fejn kien William Lovquist li ħareġ rebbieħ fejn temm qabel Peter Naudi u Peter Gable.

Dan l-avveniment kien organizzat mir-Royal Malta Golf Club u kien ikkaratterizzat minn temp favorevoli matul il-kompetizzjoni.

Fi tmiem l-attività, il-captain tar-Royal Malta Golf Club Stewart Davies flimkien mar-rappreżentant tad-ditta Takomo, Toni Westerholm, ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.