L-Iżraeljani konkludew it-testijiet forensiċi fuq il-katavri tal-erba’ ostaġġi li għaddewlhom il-grupp terroristiku Ħamas…Trasferiment li seħħ bi skambju mal-ħelsien tal-priġunieri Palestinjani miżmumin fil-ħabsijiet ta’ Iżrael.
It-twiebet bil-katavri kienu ngħataw lill-Assoċjazzjoni tas-Salib l-Aħmar li, imbagħad, għaddiethom lill-Iżraeljani għall-proċess tal-identifikazzjoni.
L-erba’ Iżraeljani kienu rġiel b’etajiet bejn il-50 u s-86 sena u li spiċċaw maqtula f’sitwazzjoni ta’ priġunerija.
It-trasferiment tal-katavri witta t-triq għall-ħelsien ta’ aktar minn 600 priġunier Palestinjan u Palestinjani oħrajn taħt stat ta’ arrest – bl-iskambju jkun l-aħħar fl-ewwel fażi tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn il-Ħamas u Iżrael….Sitwazzjoni li qed tħalli ‘arja kbira ta’ inċertezza’ dwar l-iżviluppi sussegwenti fi żmien ferm delikat għar-reġjun.
//= $special ?>