Lokali Mużika

Jiftħu l-applikazzjonijiet għat-33 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza

Għal darba oħra se jiġi organizzat il-Konkors Kanzunetta Indipendenza – festival li issa daħal fit-33 edizzjoni tiegħu, u li din id-darba se jkun qed isir fit-13 ta’ Settembru fis-sala ewlenija ta’ Dar il-Meditteran.

L-applikazzjonijiet sabiex wieħed jieħu sehem f’dan il-festival fetħu għal kull min għandi iżjed minn 16-il sena.

L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati sat-22 ta’ Mejju li ġej.

Matul din il-kompetizzjoni se jkun hemm żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi se jintgħażlu 40 kanzunetta mill-ġurija – u dawn se jitħabbru fit-24 ta’ Mejju. Imbagħad fit-tieni fażi jintgħażlu l-20 kanzunetta li se jgħaddu għal finali, li se jitħabbru fid-9 ta’ Ġunju.

Wieħed jista’ jaċċessa l-formola għal dan il-konkors billi jidħol fuq Net On Demand jew billi jżur: Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025.

Is-sena l-oħra l-kantanta Karei rebħet il-konkors bil-kanzunetta ‘Nistħajlek hawn’.

Kull sena, dan il-festival jippreżenta wħud mill-aqwa talenti li għandna f’pajjiżna, b’kanzunetti oriġinali u bi spettaklu mill-isbaħ li se jkun qed jerġa’ jitwassal minn Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta.