Il-kowċ ta’ Fenerbache Jose Mourinho ġie sospiż erba’ partiti u mmultat £35,000 wara li kien involut f’argumenti wara l-partita kontra r-rivali Galatasaray f’partita li ntemmet 0-0.
Mourinho fost l-oħrajn kien akkużat li għadda kummenti razzisti fil-konfront tal-plejers tal-avversarji. Wara l-partita, Galatasaray fetħu każ fil-konfront tal-kowċ Portugiż fejn fost l-oħrajn qalu wkoll li għadda kummenti dispreġġjattivi fil-konfront ta’ persuni Torok.
Fi stqarra l-Federazzjoni tal-Futbol tat-Turkija ħarġet id-deċiżjoni tagħha fejn sabitu ħati ta’ żewġ akkużi.
//= $special ?>