Lokali Parlament

Kumpens ħafna anqas milli wiegħed Gvern Laburista għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide

Il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide u li jingħata darba lill-persuni li twieldu b’diżabbiltà kawża tal-effett tal-pillola Thalidomid, issa tnaqqas ħafna aktar milli Gvern Laburista stess kien wiegħed. Dan il-kumpens tnaqqas mill-Gvern Laburista b’madwar €2 miljun mit-€3 miljun li kien approva l-kabinett tal-Minstri Laburisti.

Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li ressqet id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea lill-Ministru Julia Farrugia. Il-Minstru kkonfermat fit-tweġiba tagħha li l-Gvern ta ftit aktar minn miljun ewro… mhux €3 miljun kif kien wiegħed li se jagħti lill-vittmi ta’ din il-mediċina.

ItThalidomide kienet ittieħdet fis-snin sittin wara li kien irriżulta li apparti li ħafna nisa tqal kienu qegħdin ikorru lit-tarbija fil-ġuf, ħafna trabi oħrajn kienu qegħdin jitwieldu b’diżabbilitajiet sever. Wara ħafna snin kien deċiż, iżda, li din il-pillola terġa’ tibda tingħata.

Il-Gvern Laburista, iżda, ma żammx mal-wiegħda tiegħu u mal- budget tiegħu dwar dan il-kumpens li jagħti daqskemm kien wiegħed, bir-riżultat li tqassmu €2 miljun anqas.

Dan il-Gvern Laburista mar ukoll kontra kliemu stess meta fi stqarrija li kien ħareġ f’Lulju tal-2023, kien ftaħar bis-somma ta’ €3 miljun bħala kumpens għall-persuni vittmi ta’ din il-pillola Thalidomide – liema kumpens ta’ €3 miljun li twiegħed qatt ma ngħata. Il-proċess għal dan il-kuimpens kellu jibda ftit wara l-istqarrija li fiha l-Gvern ħabbar u ftaħar b’ħafna pompa. Ftaħir li rriżulta biss f’duħħan ta’ dan il-Gvern Laburista.