L-għaqda Repubblika tikkundanna t-theddid u l-attakki li saru fuq il-ġurnalisti li kienu l-Qorti biex jirrapportaw il-proċeduri marbuta mas-serqa ta’ drogi minn post mgħasses mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Huma qalu li kemm-il darba l-ġurnalisti jkunu fil-mira tal-kriminali u kif dawn jippruvaw iwaqqfuhom mix-xogħol tagħhom li juru liċ-ċittadini dak li fil-fatt ikun qed jiġri.
Repubblika tfakkar fid-dmir tal-awtoritajiet li jipproteġu lill-ġurnalisti għaliex meta jipproteġu lill-ġurnalisti, l-awtoritajiet ikunu qed jipproteġu lilna għal ġurnaliżmu ħieles u protett.
//= $special ?>