Lokali

L-alleanza bejn l-UE u l-Istati Uniti hija importanti – Roberta Metsola fl-Università Johns Hopkins f’Washington

F’Washington DC, fl-Istati Uniti, l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola indirizzat lill-Università Johns Hopkins, fejn saħqet dwar l-importanza tal-alleanza bejn l-istiti Uniti u l-Unjoni Ewropea.

“People under pressure from autocrats look to us for support. People under attack for their beliefs and their views across the globe look to our flags as symbols of liberty. People under fire on the front line are fighting for the way of life our two blocs represent. This partnership matters.”

Il-President Metsola elenkat valuri komuni li ż-żewġ naħat iddefendew matul is-snin, fosthom id-dinjità ta’ kull bniedem, l-opportunità ugwali biex kulħadd ikun jistá jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, il-ġustizzja, id-dritt li bniedem jħossu sigur u jgħix fis-sigurtà u t-twemmin fil-libertà – “libertà individwali, il-kummerċ ħieles, u l-libertà tal-kelma.”

L-MEP tal-Partit Nazzjonalista żiedet tgħid li jistgħu jinstabu soluzzjonijiet biex jagħmluha aktar faċli għall-kumpaniji biex jagħmlu negozju mal-Ewropa u fl-Ewropa. Hija stqarret li f’Washington, iltaqgħet ma’ mexxejja tal-industrija Ewropea li għandhom parti mill-ħidma tagħhom fl-Istati Uniti, u qaltilhom li dejjem se jsibu l-appoġġ tal-Ewropa. Il-President Metsola ltaqgħet ukoll ma’ kumpaniji Amerikani biex tispjega il-mod kif qed taħdem l-Ewropa, u irrimarkat li l-Ewropa hija miftuħa għan-negozju. Il-President Metsola elenkat numru ta’ stejjer ta’ suċċess Ewropej, u rrimarkat li għalhekk il-filosofija ekonomika globali tal-Ewropa dejjem kienet li tappoġġja l-kummerċ ħieles, miftuħ u ġust mal-alleati tagħha.

“We can find a way for us all to win. That is always preferable to everyone losing – when it would be only those on the axis of autocracies who benefit from trade wars. That’s why I think we should be talking about trade agreements rather than tariffs. Pulling ourselves up together rather than the opposite.”

L-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista żiedet li l-UE se tirreaġixxi b’mod sod u immedjatament kontra ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ħieles u ġust, inkluż meta t-tariffi jintużaw biex jikkontestaw miżuri legali u dawk kontra d-diskriminazzjoni.

Waqt li enfasiżżat li “l-paċi hija l-qofol tal-Unjoni Ewropea,” hija rrimarkat li l-UE dejjem riedet il-paċi fl-Ukrajna, u rrikonoxxiet li bosta ġenerazzjonijiet Ewropej jafu xi prezz qares kellhom isofru minħabba l-gwerra. Kompliet li fl-istess ħin, irridu wkoll inkunu onesti li paċi mingħajr libertà, paċi mingħajr dinjità, u paċi mingħajr ġustizzja mhi l-ebda paċi vera.