Internazzjonali

L-Awstrija: Ftehim dwar koalizzjoni li jeskludi lill-estremisti tal-lemin

Il-Partiti Awstrijaċi taċ-Ċentru qablu biex jiffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni wara ħames  xhur ta’ taħditiet u meta, issa, ingħalaq il-bieb għall-Partit estremista tal-lemin li kien rebaħ l-akbar appoġġ fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ Settembru.

Il-Partit tal-Poplu  (ÖVP), taċ-ċentru lemin; is-Soċjal Demokratiċi (SPÖ) taċ-ċentru-xellug u l-Partit liberali Neos se jieħdu t-tmun tal-pajjiż il-ġimgħa d-dieħla u ladarba l-ftehim ikollu l-firma tar-rappreżentanti tal-partiti kollha.

Il-ftehim, jonqsu l-approvazzjoni tal-membri tal-Partit Neos li jivvutaw dwar il-patt nhar il-Ħadd.

Mistenni li Christian Stocker, tal-Partit ÖVP, għandu jibda jamministra l-pajjiż bħala Kanċillier u b ‘Andreas Babler, tal- SPÖ  jokkupa r-rwol ta’ Viċi-Kanċillier.