L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna l-att ta’ persuni li ffilmjaw, heddew u segwew ġurnalisti u camerapersons fuq barra tal-Qorti waqt il-kumpilazzjoni tal-bieraħ b’rabta mas-serq tad-droga ta’ Ħal Safi meta dawn kienu qed iwettqu dmirijiethom.
Żewġ ġurnalisti u cameraman ġew iffilmjati u mhedda mill-qraba tal-akkużati. F’inċident ieħor, l-istess qraba segwew ġurnalist ieħor u insulentawhom hekk kif kienu ħerġin mill-bini tal-Qorti.
Filwaqt li l-IĠM irringrazzja lill-Pulizija għar-rispons tagħhom, huma ħeġġew ukoll biex jittieħdu passi kriminali kontra l-aggressuri.
//= $special ?>