Bħala żewġ Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, Malta u l-Italja minn dejjem gawdew minn relazzjonijiet tajba.
Din ir-relazzjoni b’saħħitha ġiet enfasizzata waqt laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u x-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami kellhom mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta Fabrizio Romano.
Matul din il-laqgħa, Romano stqarr li l-Italja qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni politika li għaddejja f’Malta.
Huma qed isegwu wkoll l-iżviluppi fis-sitwazzjoni politika Ewropea speċjalment wara li Donald Trump ġie elett bħala l-President tal-Istati Uniti, hekk kif dak li jiġri fil-kontinent Amerikan qed ikollu effetti fuq l-Ewropa.
Bernard Grech sostna li r-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi ilha tinbena minn żmien Gvern Nazzjonalista.
Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Fabrizio Romano qal li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni mal-Partit fl-Oppożizzjoni għaliex l-Oppoiżizzjoni hija l-gvern alternattiv.