Is-sewwieq Ingliż Lewis Hamilton kompla bis-sessjonijiet tal-provi tiegħu fil-karozza ta’ Ferrari fejn stqarr li qed jieħu pjaċir hekk kif irnexxielu jikseb it-tieni l-aħjar ħin fit-tieni ġurnata ta’ provi li qed isiru fil-Bahrain.
Fl-ewwel post temm Carlos Sainz. Charles Leclerc li se jkun sieħeb Hamilton fit-tim kien it-tielet l-aktar veloċi.
F’kummenti mal-midja, Lewis Hamilton qal li bħalissa qed jifhem aktar il-karozza tiegħu anke lit-tim il-ġdid.
Il-provi fil-pre-season normalment ma jkunux indikattiv għal kif il-karozzi se jkunu qed jevolvu matul l-istaġun. L-ewwel tellieqa tal-istaġun se ssir fis-16 ta’ Marzu fiċ-ċirkwit ta’ Melbourne fl-Awstralja.
//= $special ?>