Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri jagħmel medja ta’ 75 konsultazzjoni fix-xahar permezz ta’ rwol ġdid ta’ Konsultazzjoni mwaqqaf fi ħdan id-Direttorat. Minn dawn, medja ta’ 10 każijiet ġew riferuti lid-Direttorat.
Meta fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ, il-Ministru Michael Falzon qal li apparti minn dawn il-konsultazzjonijiet, il-persuna responsabbli mill-Public Relations and Consultations tattendi madwar 36 laqgħa fis-sena, sabiex jiġu diskussi numru ta’ każijiet bħalma huma MARAM, laqgħat fil-kulleġġi kif ukoll Tim Multidixxiplinarju li jaħdmu ma’ pregnant users.
Isiru wkoll konsultazzjonijiet oħra kif ikun hemm bżonn partikolarment f’ċirkustanzi ta’emerġenza u fejn ir-riskju fuq il-minuri jkun imminenti u serju.
//= $special ?>