Youseff Essesi, wieħed mill-persuni li lbieraħ tressaq il-Qorti b’rabta mas-serqa tad-droga mill-barracks tal-AFM f’Ħal Safi, kien ġie arrestat jumejn qabel fuq każ separat – iżda baqa’ ma tressaqx il-Qorti.
Net News jista’ jiżvela li Essesi, li hu tattoo artist, spiċċa arrestat il-Ġimgħa fuq importazzjoni ta’ 1kg kannabis minn fuq l-internet. Hu ġie arrestat mill-Pulizija, iżda għal xi raġuni ma tressaqx.
Sorsi tagħna qalulna li fuq kilogramma kannabis il-Qorti taf tikkundanna persuna anke 8 snin priġunerija.
Youseff Essesi, għandu 33 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar.
Hu qed ikun assistit mill-avukat Amadeus Cachia.
//= $special ?>