Opinjoni

OPINJONI: Esperjenza fi Strasburgu

Beppe Galea
Is-Segretarju Internazzjonali u Kandidat
tal-Partit Nazzjonalista

Bħala parti mill-impenn tiegħi biex nagħti leħen aktar b’saħħtu liż-żgħażagħ Għawdxin anki fuq livell Ewropew, qed nistieden ħames żgħażagħ minn ħawdex biex jingħaqdu miegħi għal vjaġġ uniku lejn Strasburgu.

Din l-opportunità se tkun kompletament bla ħlas u tippermettilhom jieħdu sehem fl-European Youth Event (EYE), li se jsir bejn it-13 u l-14 ta’ Ġunju 2025 fil-Parlament Ewropew.

Il-European Youth Event huwa pjattaforma ideali fejn iż-żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha jiltaqgħu biex jiddiskutu u jaqsmu l-ideat tagħhom dwar il-futur tal-kontinent tagħna. Din mhux se tkun biss esperjenza edukattiva, iżda wkoll opportunità unika biex jinstemgħu l-vuċijiet taż-żgħażagħ Għawdxin f’diskussjonijiet dwar opportunitajiet ta’ xogħol u kwalità tal-ħajja.

Din l-inizjattiva hija miftuħa għal dawk kollha bejn is-16 u t-30 sena. Kull min hu interessat għandu jibgħat proposta qasira ta’ sa massimu ta’ 200 kelma, fejn jispjega idea konkreta dwar kif Għawdex jista’ jsir post aħjar għaż-żgħażagħ, kemm f’termini ta’ xogħol kif ukoll ta’ kwalità tal-ħajja.

Il-proposti jistgħu jintbagħtu permezz ta’ messaġġ fuq Whatsapp 79961506 jew email fuq beppe.galea@pn.org.mt. L-aħjar ideat mhux biss se jingħataw ċans li jkunu parti minn din l-esperjenza fi Strasburgu, iżda wkoll jistgħu jiffurmaw il-bażi għal proposti konkreti fil-manifest elettorali li jmiss tal-Partit Nazzjonalista.

Ejja ningħaqdu flimkien biex inkomplu nagħtu vuċi aktar b’saħħitha liż-żgħażagħ Għawdxin fuq livell nazzjonali u Ewropew!