Kummerċ Lokali

Riċerka indipendenti tirrikonoxxi lil Melita bħala Leading Employer f’Malta

Stħarriġ indipendenti tal-impjegati li sar mill-fornitur tas-sistemi tar-Riżorsi Umani Talexio enfasizza livelli għoljin ta’ sodisfazzjon fl-impjieg ma’ Melita Limited mill-ħaddiema tas-soċjetà, u b’hekk ippożizzjona lill-kumpanija bħala waħda mill-aqwa impjegaturi f’Malta. Aktar minn 85% tal-impjegati ħadu sehem f’din ir-riċerka li żvelat diversi punti pożittivi fosthom koeżjoni qawwija fost it-tim u tmexxija effettiva.

L-impjegati ta’ Melita taw lill istess kumpanija Employee Net Promoter Score (eNPS) ta’ 22, li qabeż il-punteġġ medju fost kumpaniji parteċipanti oħra ta’ daqs simili li kien ta’ 5 punteġġi. L-istħarriġ wera wkoll li Melita marret tajjeb f’oqsma kruċjali bħas-sigurtà psikoloġika u l-orjentazzjoni tal-prestazzjoni, grazzi għall-impenn tagħha li trawwem ambjent ta’ xogħol pożittiv u ta’ appoġġ.

Jacqueline Abela, Kap tar-Riżorsi Umani ta’ Melita Limited, ikkummentat: “Ilna snin twal nikkummissjonaw stħarriġ fost l-impjegati tagħna, billi naraw dan bħala pass importanti biex niżguraw li nkomplu noħolqu ambjent fejn l-impjegati jħossuhom apprezzati u appoġġjati. Filwaqt li huwa ta’ sodisfazzjon li naraw li t-tim tagħna jagħraf lil Melita bħala post mill-aqwa fejn taħdem, nirrikonoxxu wkoll li dejjem hemm lok għal titjib. Qegħdin naħdmu b’mod attiv biex intejbu kif nirrikonoxxu u nippremjaw il-kontribuzzjonijiet, u niżguraw li n-nies tagħna jħossuhom tassew apprezzati.”

Biex tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala impjegatriċi eċċellenti, Melita introduċiet diversi inizjattivi ġodda, fosthom workshops fejn il-membri tat-tim jistgħu jiddiskutu fil-miftuħ kemm l-aspetti pożittivi tax-xogħol fil-Melita kif ukoll oqsma fejn hemm bżonn ta’ titjib. Barra minn hekk, il-kumpanija tkompli tevolvi l-proċessi ta’ kollaborazzjoni tagħha biex ittejjeb il-kollaborazzjoni bejn id-dipartimenti, u trawwem post tax-xogħol aktar inklużiv u konness.