Is-Santa Sede qalet lill-midja li s-saħħa tal-Papa Franġisku wriet titjib żgħir fl-aħħar 24 siegħa tant li kien b’saħħtu biżżejjed biex jirċievi l-Ewkaristija u saħansitra reġa’ beda bil-ħidma tiegħu mill-isptar.
Il-kundizzjoni b’rabta mal-kliewi wriet titjib, filwaqt li CT Scan tas-sider li sar wera wkoll progress pożittiv quddiem l-infjammazzjoni li affetwatlu l-pulmun. Testijiet tad-demm li saru llum ikkonfermaw ukoll dan it-titjib.
Minkejja dan it-titjib, il-Papa Franġisku għadu fuq terapija ta’ ossiġnu għalkemm fortunatament fl-aħħar sigħat ma esperjenza l-ebda episodju respiratorju, bħal xi attakk ta’ ażma.
Il-kundizzjoni tiegħu xorta waħda għadha qed tkun meqjusa bħala kritika.
//= $special ?>