Sport

Tournament internazzjonali tal-Pickleball

Malta Pickleball organizza Tournament Internazzjonali tat-Timijiet fuq livell Advanced Plus mirbuħ mir-Renju Unit b’Malta fit-tieni post.

Il-partecipazzjoni kienet minn timijiet minn Londra, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Renju Unit u s’intendi Malta.

Is-Selezzjoni Maltija rebħet erba’ partiti tat-timijiet minkejja li sfat megħluba mir-Renju Unit li temm il-kompetizzjoni b’41 punt kontra t-38 punt ta’ Malta li temmet fit-tieni post. Is-Selezzjoni ta’ Londra kklassifiket fit-tielet post bi 22 punt.

It-tim Malti kien magħmul minn Steffi Pace Girard, Roberta Pace Girard, Maja Glumac, Maurizio Cappello, Joseph Allis, Mark Anastasi u Malcolm Falzon.

Is-Selezzjoni Malta kienet immexxija minn Steffi Pace Girard.