Kwart ta’ miljun ewro.
Daqshekk qed tiġi tiswih il-poplu Malti u Għawdxi għaliex il-Gvern ilu għal dawn l-aħħar tnax-il sena jwiegħed villaġġ tal-Karnival – iżda s’issa għadna mingħajr dan il-Villaġġ.
Persuni li tkellmu ma’ Net News qalu li b’dan il-villaġġ tal-Karnival, ikollhom post fejn jistgħu jaħdmu fuq il-karrijiet tagħhom biex ikunu siguri mill-elementi naturali, fosthom ix-xita u r-riħ li kapaċi jegħqirdulhom ix-xogħol ta’ xhur sħaħ.
U allura, dan ifisser li kieku l-Gvern Laburista wettaq il-wegħda tiegħu, kien jiffranka lil pajjiżna eluf kbar ta’ ewro.
L-aħħar wegħda tal-Villaġġ tal-Karnival saret fil-Manifest Elettorali tal-Labour tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Wegħda numru 754; kumpless għall-arti u l-kultura fil-Marsa li jkun fih ukoll il-famuż villaġġ tal-Karnival.
Il-PN ilu għal dawn l-aħħar snin jgħid li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, bi Gvern ġdid Nazzjonalista lest jinċentiva lill-artisti lokali u t-talenti tagħhom, filwaqt li jara li dan it-talent ikompli jiffjorixxi.
//= $special ?>