Fi tmiem Jannar, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit taʼ €185.7 miljun.
Meta mqabbel mas-sena preċedenti, id-dħul rikorrenti tal-Gvern naqas bʼ€50.2 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bi €53.1 miljun. Iż-żieda fin-nefqa flimkien mat-tnaqqis fid-dħul wasslu biex kien hemm bidla negattiva taʼ €103.4 miljuni fil-Fond Konsolidat tal-Gvern.
L-akbar tnaqqis fid-dħul kien irreġistrat fil-VAT (€44.5 miljun), filwaqt li l-Kontribuzzjonijiet għall-Entitajiet tal-Gvern (€29.9 miljun) irrappurtaw l-akbar żieda fin-nefqa.
Skont l-NSO, sa tmien Jannar, id-dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €10,562.5 miljun, €803.1 miljun aktar mill-istess xahar fl-2024.
//= $special ?>