L-avveniment ewlieni ta’ tmiem il-ġimgħa huwa l-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Għada filgħaxija jkunu magħrufa r-rebbieħa fit-12 il-kategorija li huma Sportiv tas-Sena; Sportiva tas-Sena; Żagħżugħ tas-Sena; Żagħżugħa tas-Sena; Uffiċjal tas-Sena; Kowċ tas-Sena; Tim tas-Sena; u People’s Choice Award.
Avveniment Internazzjonali tas-Sena li seħħ f’Malta matul l-2024 u rikonoxximent lill-atleti ta’ Special Olympics kif ukoll Sport for Social Change Award, li huwa unur ġdid li beda jingħata mill-edizzjoni tas-sena li għaddiet.
Il-mistieden speċjali fl-edizzjoni ta’ din is-sena huwa l-atleta Paralimpiku Franciż ESTEBAN HERRAULT, ta’ 31 sena li fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob Paralimpiku – Franza 2024, rebaħ il-midalja tal-bronż fit-table tennis. Herrault lagħab fid-doubles tal-irġiel kategorija 14 flimkien ma’ Clement Berthier.
Fis-serata mistennija jiddaħħlu tliet membri ġodda fil-Hall of Fame tal-Għaqda Ġurnalisti Sport riżervat għal ġurnalisti tal-isport li taw kontribut mill-1970 meta kienet twaqqfet l-Għaqda Kittieba Sport.
//= $special ?>