Illum f’nofsinhar għalaq il-perjodu biex dawk interessanti jissottomettu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Matul il-perjodu li fih intlaqgħu n-nominazzjonijiet, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN irċeviet nomina waħda, dik ta’ Charles Bonello.
Skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista, il-Kumitat Eżekuttiv issa se jipproċedi biex jivvota fuq il-fiduċja fil-kandidat innominat waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir nhar il-Ħamis 13 ta’ Marzu 2025.
//= $special ?>