Sport

Jenny Axisa Eriksen f’isem Malta fil-Kampjonati Dinji tal-Iskiing


L-isem ta’ Jenny Axisa Eriksen ta’ 19-il sena ta’ dixxendenza Maltija minn Andeb,u fin-Norveġja, huwa wieħed pjuttost ġdid fix-xena tal-isport lokali wara li kkompetiet fil-Kampjonati Dinji tal-Iskiing matul din il-ġimgħa. Jenny Axisa Eriksen hija atleta oħra li f’dan l-isport għażlet li tikkomopeti għal Malta fi Trandheim, fin-Norveġja.

Hija twieldet u trabbiet f’Andebu, fin-Norvegja, fejn ommha hija Maltija u hija studenta tal-iskijjar fl-iskola ta’ Meråker.

It-Tazza tad-Dinja bdiet b’tellieqa ta’ kwalifikazzjoni għal skiers ta’ cross-country minn nazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskiing. L-ewwel għaxar parteċipanti biss mit-tellieqa ta’ kwalifikazzjoni se jitħallew jieħdu sehem fl-avvenimenti l-oħra tat-Tazza tad-Dinja.

Jenny Axisa Eriksen, li biddlet in-nazzjonalità sena ilu, temmet fis-27 post fil-klassika ta’ 7.5 kilometri. Hija se tieħu sehem ukoll fil-prologu tal-isprint.