Futbol Sport

L-MFA tissospendi b’mod indefinit lil Rio u Lydon Micallef

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati tal-bieraħ filgħodu il-Malta FA ħarġet stqarrija fejn qalet li Rio Micallef u Lydon Micallef, it-tnejn affiljati mal-Malta FA, ġew sospiżi indefinittivament sakemm jittieħdu l-proċeduri interni tal-istess assoċjazzjoni.

L-istqarrija sħiħa tal-Malta Football Association hi din:
Il-Malta Football Association tażva illi ġiet akkonnoxxenza ta’ deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, liema deċiżjonijiet jikkontjenu akkużi serji fil-konfront ta’ Rio Micallef u Lydon Micallef, żewġ persuni affiljati ma’ membri tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.

Għaldaqstant aktar kmieni llum l-istess Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol infurmat lill-persuni nvoluti li qiegħdin immedjatament jiġu sospiżi b’mod indefinit sakemm jittieħdu l-proċeduri interni abbażi tar-regolamenti.

Il-Malta Football Association tavża illi din l-informazzjoni diġa’ għaddiet lill-Bord Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u lill-klabbs ikkonċernati. F’dan l-istadju mhux se jsiru aktar kummenti ġaladarba l-każ huwa sub-judice.