Il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Victor Axiak, immultat plejer u eks player tal-football is-somma ta’ €30,000 bejniethom wara li nstabu ħatja li kienu involuti f’logħob illegali dwar il-football. Lydon Micallef ta’ 32 sena li għadu attiv fil-logħba tal-football, ġie mmultat €20,000 filwaqt li Rio Micallef ta’ 41 sena, li rtira mil-logħba xi snin ilu, ġie mmultat €10,000.
Lydon Micallef min-Naxxar u Rio Micallef mill-Marsa nstabu ħatja li offrew servizz tal-logħob mingħajr liċenzja. L-investigazzjoni fil-konfront tagħhom bdiet wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li l-uffiċjal Rudger Scerri kien involut f’logħob illegali u korruzzjoni fl-isport.
Scerri, eks membru fil-kumitat tal-klabb tal-football ta’ Ħ’Attard, kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li kien instab ħati ta’ korruzzjoni fil-logħba tal-football. Meta l-Pulizija qabdu il-mobile ta’ Scerri u għamlu l-verifiki tagħhom, sabu chats mal-akkużati dwar logħob illegali.
Meta għaddiethom lill-Awtorità għal-Logħob irriżulta li t-tlieta li huma kienu qed joffru mħatri fuq diversi logħob fosthom il-futbol li kien jixbah lil dak offrut minn kumpaniji reġistrati. Scerri qal fil-Qorrti li ż-żewġ akkużati kellhom il-vizzju tal-logħob u kienu jilagħbu u kienu wkoll involuti miegħu fl-organizzazzjoni tal-logħob fis-sens li kien jilqgħu l-logħob ta’ ġukaturi oħra.
Scerri qal ukoll li l-involviment ta’ Rio Micallef kien iżgħar meta mqabbel ma’ tiegħu u ma’ Lydon Micallef peress li kien iżjed jilgħab għalih innifsu. Wara li sema’ x-xhieda, il-Maġistrat Victor Axiak sab lill-akkużati ħatja u ordna lil Rio Micallef iħallsu bejniethom multa ta’ €30,000 lill-Awtorità tal-Logħob.
Il-Qorti nnutat ukoll li dwar dan il-każ il-Pulizija ressqet fil-Qorti tliet persuni oħra fejn Chris Barbara u Dejan Grech diġà ngħataw sentenza li ma ġietx appellata waqt li l-każ kontra Matthew Bajada għadu għaddej.
//= $special ?>