Lokali Temp

Possibbiltà ta’ riħ u xita fil-weekend tal-Karnival

Il-Karnival wasal. U l-entużjasti għandhom il-kostumi tagħhom lesti għal dan il-weekend mimli briju. Dan filwaqt li l-karrijiet diġà ttellgħu il-Belt għal ħamest ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet ma jaqtgħu xejn.

Kollox jindika li l-ewwel tlett ijiem tal-Karnival se joffru temp mill-isbaħ għad-dilettanti, b’temperaturi medji ta’ 19-il grad.

Madankollu, it-tbassir tat-temp qed jindika li mill-Ħadd mistenni riħ qawwi… li jaf ilaħħaq Forza 6.

Skont it-tbassir tat-temp, is-Sibt mistenni jkun xemxi bi ftit sħab.

Filwaqt li l-Ħadd, imbassar li jkun imsaħħab b’riħ aktar qawwi.

U dawk li bi ħsiebhom ikomplu jiċċelebraw it-Tnejn u t-Tlieta, għandhom ikunu lesti għal xi xita ħafifa, speċjalment nhar it-Tlieta – fil-ġurnata li fiha jintemm il-Karnival ta’ Malta bil-parata fi Pjazza Sant’Anna.

Intant, huma bosta dawk li qed jaqsmu għal Għawdex lebsin l-aqwa kostumi tagħhom, lesti għal erbat ijiem mimlijin kulur u briju. B’eluf mistennija jżuru l-Karnival fir-Rabat, kif ukoll il-karnival spontanju tan-Nadur.