Raġel ġie kundannat 15-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li hedded lill-eks martu billi qalilha li kien se jaqtgħalha rasha u jaħraqha f’karozza. Iċ-ċittadin Marokkin ta’ 31 sena, li jgħix Tal-Pietà, ammetta li hedded lill-eks martu u kkaġunalha biża’.
L-ismijiet mhux qed jiġu ppubblikati biex jipproteġu lill-vittma, li għandha tifel ta’ tliet snin mill-akkużat. Il-Maġistrat Elaine Rizzo semgħet kif l-akkużat tressaq il-Qorti wara li l-mara ressqet rapport ta’ vjolenza domestika fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Pulizija.pP
Ir-raġel mar hemm ukoll biex iressaq rapport fil-konfront tal-mara iżda għażel li ma jkomplix meta l-Pulizija qalu li se jkollhom jieħdu l-kwistjoni l-Qorti.
L-Ispettur Audrey Micallef mexxiet il-prosekuzzjoni. Għall-akkużat deher l-avukat Ishmael Psaila u l-avukat Yanica Barbara Sant irrappreżentat lill-mara.
//= $special ?>