Internazzjonali

Stati Uniti-Ukrajna: Ma sarx l-iffirmar tal-ftehim dwar il-minerali

Volodymyr Zelensky kien mar fl-Oval Office ta’ Washington biex jikkonkludi ftehim mal-Istati Uniti li jippermetti biex l-Amerikani jkollhom aċċess speċjali għall-minerali rari fl-artijiet tal-Ukreni….Ftehim li l-Ukreni kienu qed jittamaw li jippermetti għal ‘partnership’ strateġiku bejn pajjiżhom u l-Istati Uniti.

Iżda dan il-ftehim baqa’ mhux iffirmat wara laqgħa ta’ 20 minuta fejn Zelensky spiċċa akkużat kontinwament mill-President Amerikan Donald Trump u l-Viċi-President tiegħu JD Vance bħala ‘il-kaġun tal-gwerra (fl-Ukrajna)’… Dan ukoll fost akkużi li Zelensky, waqt il-laqgħa, wera ‘disrispett ċar għall-White House u l-poplu Amerikan’.

Il-President Zelensky, issa, jinsab fi triqtu lura lejn l-Istati Uniti fost it-tensjoni u wara li sfuma l-ottimiżmu li l-Istati Uniti u l-Ukrajna setgħu jintroduċu sens ġdid ta’ normalità fir-relazzjonijiet bilaterali.