Internazzjonali

Stati Uniti: Zelensky f’Washington għal laqgħa kruċjali ma’ Trump

Ritratt: Reuters

Il-President tal-Ukrajna Volodomyr Zelensky jinsab f’Washington hekk kif matul il-jum mistenni jkollu laqgħa mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Matul din il-laqgħa Zelensky qed jittama li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi bil-għan li l-qawwiet Russi ma jkollhomx vantaġġ f’din il-gwerra li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin.

Zelensky qal li huwa sinjal tajjeb li se jkollu l-opportunita li jiltaqa’ personalment ma’ Trump, qabel il-President Russu Vladimir Putin.

Zelensky qed jittama li jiddiskuti jekk l-Istati Uniti hux se twaqqaf l-għajnuna militari. U li jekk Trump għandu l-ħsieb li jagħmel dan, hemmx possibilità li minflok l-Ukrajna tixtri l-armamenti li għandha bżonn.

Din il-laqgħa qed tiġi deskritta bħala waħda kruċjali hekk kif kapaċi tiddetermina l-futur tal-Ukrajna f’din il-gwerra.