Lokali Qorti

Tfajla mixlija b’rabta mas-serqa ta’ iktar minn 200kg droga mill-barracks tal-AFM

Christa Gauci ta’ 21 sena mir-Rabat, Għawdex u residenti Tas-Sannat, hija s-sitt persuna li tressqet b’rabta mas-serqa ta’ 226 kilo droga cannabis minn kontejner fil-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’ Ħal Safi.

Bħall-akkużati l-oħra kollha, hija ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest minħabba li għad hemm ammont ta’ droga li għadha ma ġietx irkuprata u nies li setgħu kienu involuti u għadhom ma tressqux il-Qorti dwar dan il-każ.

Fil-preżenza ta’ ommha fl-awla numru 2 tal-Qorti, hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha. Il-Pulizija qalet fil-Qorti linmill-ammont ta’ droga misruqa ġiet irkuprata 80 kilo, il-bqija għadha tiġri fit-toroq ta’ Malta.

Il-prosekuzzjoni qalet li fuq is-serqa ta’ sbieħ il-Ħadd li għadda, kl-Pulizia elevat filmati tas-sigurtà u nġabru diversi filmati tar-rotot. Ġew stabbiliti li ġew użati żewġ karozzi, b’waħda minnhom tinstaq minn Gauci. Ġew identifikati diversi persuni, li erbgħa minnhom diġà tressqu fuq fin is-serqa, fosthom Cleaven Pace, li jiġi l-għarus tal-akkużata.

Il-prosekuzzjoni qalet li hija użat il-karozza tagħha Toyota Vitz u kienet fuq il-post u ammettiet li kienet qed issuq hi. Mill-lokalizzazzjoni tal-mobile tagħha rriżulta li kienet il-ħin kollu fuq il-post tas-serqa, Minkejja li qalet li l-mobile ma kienx fuqha, il-provi juru mod ieħor. Hija ġiet arrestata fis-26 ta’ Frar fit-3.30pm. Irriżulta li t-traġitt fil-konfront tagħha seħħ mill-11.00pm sat-3am.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li żewġ vetturi daħlu minn naħa tal-MIA. Kien hemm karozza Toyota Belta u Toyota Vitz li bdew isuqu wara xulxin. Dan kollu deher fuq is-CCTV. Dawn baqgħu waru xulxin sakemm daru wara r-round about ta’ Ħal Kirkop.

Il-Vitz baqgħet hemm fejn il-fabbrika ST Microelectronics u l-Belta daħlet fejn il-compound. Ingħad li s-sieħeb tal-akkużata, waqt l-interogazzjoni, qal li kien mas-sieħba tiegħu. Kien missier l-għarus tagħha li tkellem mal-Pulizija, eżattament Keith Pace, li dan ħadha lejn id-depot tal-Pulizija. Hemm bdew l-investigazzjoni fil-konfront tagħha.  

Il-Ġimgħa waranofsinhar it-tfajla iffaċċat akkużi dwar is-serq tad-droga cannabis mill-barracks tal-AFM f’Ħal Safi. Hija tressqet quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi b’rabta mas-serq ta’ 226 kilo cannabis. B’kollox 12-il persuna ġew arrestati dwar is-serqa tas-Sibt filgħaxija, b’erbgħa diġà tressqu l-Erbgħa u ieħor il-Ħamis.

L-investigaturi segwew lis-suspettati billi intraċċaw ir-rotta meħuda minn vettura li jemmnu li ntużat għas-serqa. Dik il-vettura għamlet triqitha minn Ħal Kirkop għal Ħal Safi, imbagħad l-Imqabba u fl-aħħar fi proprjetà ġewwa Ħaż-Żebbuġ, diġà semgħet il-Qorti. It-tfajla hawn kienet il-ħin kollu qed issuq il-karozza.

Il-Pulizija għamlet rejd fil-proprjetà ta’ Ħaż-Żebbuġ fis-1am ta’ nhar it-Tnejn filgħaxija, fejn arrestaw erba’ persuni. Dawk li diġà ffaċċjaw akkużi s’issa huma Liam Steward ta’ 23 sena minn Tal-Pieta; Sean Attard ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ; Carlos Pace ta’ 23 sena mill-Marsa; Yousef Essesi ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar; u Cleaven Pace ta’ 19-il sena; kollha jinsabu akkużati li wettqu s-serqa.

L-Avukat Franco Debono għamel talba għall-ħelsien mill-arrest tat-tfajla u dan minħabba l-fatt li għandha kondotta nadifa, hija tfajla ta’ età tenera u l-fatt li toqgħod Għawdex jagħmilha aktar diffiċli biex tbagħbas xi provi. Il-Prosekuzzjoni opponiet għal dan għax qalet li hemm persuni oħra li għad iridu jixhdu.

L-akkużati kollha, ħlief għal Cleaven Pace, skont il-Pulizija jemmnu li kienu marbuta mas-serq.

L-Avukat Dr. Daniel Tabone mill-uffiċċju tal-AĠ, u l-Ispetturi Joseph Mercieca u Mark Merceica qed imexxu l-prosekuzzjoni, L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit dehru għal Gauci.