Fi tmiem il-ġimgħa jkompli l-Kampjonat Premier bi programm sħiħ fejn tintlagħab it-tmien ġurnata tal-ewwel fażi tal-Closing Round.
L-iktar logħba li tispikka f’dan il-programm hi dik t’għada bejn Birkirkara u Hibernians żewġ timijiet li qed isegwu mill-qrib lil-leaders Floriana u Ħamrun Spartans.
Nistgħu ngħidu imma li l-logħbiet kollha fihom spunt ta’ interess għaliex kemm in-naħa ta’ fuq kif ukoll in-naha t’isfel għadd hemm inċeretezza u bilanċ, kif ukoll issa li resqin lejn tmiem l-ewwel fażi hemm battalja interessanti għal min se jispiċċa fit-Top Six.
U dan il-programm jiġi wkoll ftit ġranet qabel il-kwarti finali tal-FA Trophy li se jintlagħbu fost il-ġimgħa.
Fl-ewwel logħba tal-lum Sliema Wanderers wara t-telfa fl-aħħar sekondi kontra r-rivali antiki Floriana, jippruvaw jirritornaw għar-rebħ kontra Marsaxlokk li għandhom tliet punti iktar mill-Wanderers.
Iż-żewġ logħbiet li se jintlagħbu għada fil-Victor Tedesco Stadium huma żewġ logħbiet ferm importanti bejn timijiet fit-tieni parti tal-klassifika, logħbiet li jistgħu ikunu wkoll deċiżivi, fejn bejn Sliema li jinsabu fis-sitt post u Naxxar Lions li jinsabu fl-aħħar post hemm biss differenza ta’ tliet punti, bil-Lions li għandhom moral għoli wara li kisbu żewġ rebħiet fl-aħħar żewġ ħarġiet tagħhom, fejn fihom skorjaw ukoll seba’ goals.
Il-Ħadd fl-azzjoni iż-żewġ leaders li minkejja li għandhom vantaġġ żgħir ta’ żewġ punti fuq l-insegwituri tagħhom, jidher li huma l-iktar timijiet attrezzati biex jagħtu sfida sal-aħħar għar-rebħ tal-Closing Round, hu eventwalment għar-rebħ tat-titlu.
Il-Ħadd t-tnejn għandhom avversarji perikolużi, fejn Florian jiltaqgħu ma’ Mosta u Ħamrun Spartans jaffrontaw lil Gżira United.
Is-Sibt 1 ta’ Marzu, 2025
Stadium Nazzjonali
1.45pm Sliema W. v M’Xlokk
4.00pm B’Kara v Hibs
Victor Tedesco Stadium
4.30pm Naxxar L v Zabbar SP
7.00pm Melita vs Balzan
Il-Ħadd 2 ta’ Marzu, 2025
Tony Bezzina Stadium
1.45pm Floriana v Mosta
4.00pm Ħamrun S v Gżira U