Norveġiż ta’ 22 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed f’jacuzzi f’residenza f’Tas-Sliema.
Kienu għall-ħabta tal-10:15 tal-Ġimgħa filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Viani.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, marru fil-post fejn hemmhekk sabu liż-żagħżugħ mitluf minn sensih. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, madankollu jidher li l-mewta ma tidhirx
li hija waħda suspettuża.