Lokali

Żieda fil-frekwenza ta’ rotot għall-Karnival tal-Belt 2025

Il-Malta Public Transport qed iżżid il-frekwenzi tas-servizz tal-karozzi tal-linja nhar is-Sibt, 1 ta’ Marzu, u l-Ħadd, 2 ta’ Marzu 2025, biex takkomoda ż-żieda fid-domanda tal-passiġġieri waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival tal-Belt Valletta.

Ir-rotot li ġejjin se jkunu qed joperaw bi frekwenza miżjuda:

  • 13A: MiIl-Belt Valletta (Bay A13) lejn San Ġiljan, kull siegħa min-12:15 sat-20:15 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 42: Mill-Belt Valletta (Bay B5) lejn Tal-Pietà, kull 30 minuta min-12:00 sad-21:00 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • TD13: Mill-Belt Valletta (Bay C2) lejn Pembroke Park & Ride, kull 40 minuta mis-13:00 sal-22:00 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 31: Mill-Belt Valletta (Bay C1) lejn Buġibba, kull siegħa mill-11:30 sat-20:30 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 46: Mill-Belt Valletta (Bay B3) lejn is-Siġġiewi, kull 45 minuta min-12:00 sad-20:45 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 48: Mill-Belt Valletta (Bajja A10) lejn iċ-Ċirkewwa, kull siegħa min-12:15 sad-21:15 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 71: Mill-Belt Valletta (Bay B7) lejn iż-Żurrieq, kull 50 minuta min-11:45 sad-20:45 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 82: Mill-Belt Valletta (Bay C5) lejn Birżebbuġa, kull 35 minuta min-12:00 sad-21:00 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 91: Mill-Belt Valletta (Bay A8) lejn Marsaskala, kull 40 minuta min-12:30 sad-21:30 kif ukoll bl-iskeda regolari.
  • 61: Mill-Belt Valletta (Bay C4) lejn Ħaż-Żebbuġ, kull siegħa min-12:35 sat-20:35 kif ukoll bl-iskeda regolari.

Barra minn hekk, Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur bejn il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar, u l-Ħadd, 2 ta’ Marzu 2025, biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku għal dawk li se jattendu għal dan l-avveniment popolari f’Għawdex.

Il-Ġimgħa se jsir servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur kull 30 minuta mill-20:00hrs sa 00:00hrs. Se jopera wkoll servizz ta’ shuttle bejn il-Port tal-Imġarr u n-Nadur ma’ kull vjaġġ tal-vapur skedat, inklużi vjaġġ bil-vapur addizzjonali, mis-19:00hrs sa 00:00hrs. Servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur fis-1:00hrs, u se jservu diversi lokalitajiet madwar Għawdex.

Nhar is-Sibt, is-servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur se jibda kull 15-il minuta mill-20:00hrs sa 00:00hrs. Is-shuttle service mill-Port tal-Imġarr se jopera bl-istess skeda bħal tal-ġurnata ta’ qabel. Is-servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur fis-1:00hrs u 2:30hrs.

Nhar il-Ħadd, is-servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur se jibda kull 30 minuta mit-20:00hrs sa 23:00hrs. Servizzi speċjali min-Nadur lejn il-lokalitajiet kollha jitilqu f’00:00hrs.

Il-passiġġieri huma mħeġġa jiċċekkjaw tallinja app għall-ħinijiet tat-tluq u l-waqfiet.

Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas fi vjaġġi ta’ matul il-Jum, bil-Lejl, u Servizzi Speċjali. Biljetti bi prezz ta’ €3 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli biex jinxtraw mill-magna tal-biljetti għal dawk il-passiġġieri li jkunu mingħajr Tallinja Card valida. In-nollijiet għar-rotot Tallinja Direct huma ta’ €3.00 għal pagamenti bi flus kontanti abbord u €1.50 meta tuża Tallinja Card personalizzata