Għada , għal darb’oħra se tkun orgaizzatta l-Caritas Run For Life… attività fiżika li tippromwovi l-ħajja. Din se tkun it-tielet edizzjoni ta’ din il-ġirja… miftuħa għall-pubbliku kollu.
Il-ġirja se tkun qed tibda u tispiċċa minn fejn il-binja taċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blast f’Ħaż-Żebuġ… binja li nfetħet fl-1989, fejn persuni li jkunu dipendenti fuq id-droga jingħataw ir-rijabiliazzjoni, biex pass pass jibdew jirkupraw ħajjithom ‘il bogħod mill-vizzju tad-droga.
Din il-ġirja, li tkun organizzata fost l-oħrajn minn voluntiera li bbenefikaw mill-programm ta’ Caritas, isservi wkoll bħala fundraiser għal Caritas hekk kif dawk li jieħdu sehem jagħtu donazzjoni.
Iżda, din il-ġirja għandha l-iskop li wieħed jesperjenza s-sabiħ li tgħix u tgħix il-ħajja sana ’l bogħod mis-sustanzi u dak kollu li jfixkel lill-bniedem milli jgħix bid-dinjità sħiħa tiegħu.
L-ewwel ġirja ta’ 10 kilometri tibda fit-7:40 am, il-mixja ta’ 5 kilometri tibda fis-7 am, dik ta’ 4 kilometri tibda fid-9 am, filwaqt li l-ġirja tat-tfal taż-żewġ kilometri u nofs tibda fid-8:40 am u ġirja oħra, dik ta’ kilometru, tibda fid-9 am.
//= $special ?>