Matul il-jum xemxi tas-Sibt, għadd ta’ persuni nġabru l-Belt Valletta sabiex igawdu l-Karnival li ta’ kull sena joffri kostumi u karrijiet mimlijin dettalji u kuluri mill-isbaħ.
Il-Belt kienet mimlija b’folol ta’ nies lebsin kostumi mill-isbaħ – b’kuluri li komplew isebbħu l-jum tal-Karnival.
NET News tkellem ma’ għadd ta’ persuni, inkluż tfal, fejn qalulna xi jfisser għalihom il-Karnival.
Preżenti wkoll diversi dilettanti tal-karrijiet u anke żeffiena, b’dawn jgħidulna kemm il-Karnival jirrekjedi xogħol.
L-attivitajiet tal-Karnival se jkomplu għaddejjin sa nhar it-Tlieta filgħaxija, bl-attivitajiet jilħqu l-qofol tagħhom bil-finale li se jsir fi Triq Sant Anna, il-Furjana mis-6pm ’l quddiem.