Matul il-jum tal-Ġimgħa l-Papa waqt li kien qed jieħu t-terapija tan-nifs meħtieġa u jitlob fil-kappella tal-Isptar Ġemelli esperjenza qtugħ ta’ nifs. Dan wassal biex l-Kap tal-Knisja Kattolika kellu xi mumenti fejn beda jirremetti u li għalhekk waslu biex il-kundizzjoni respiratorja tiegħu teqleb għall-agħar.
Il-Papa immedjatament ingħata l-kura biex jkun jista’ jieħu n-nifs aħjar, u tpoġġa fuq magna tal-ventilazzjoni li ttejjeb il-livell tal-ossiġnu.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika, minkejja dan kollu baqa f”sensieh, u kontinwament jikkopera mat-trattament tat-terapija.
ll-Papa Franġisku ilu jingħata l-kura fl-Isptar Ġemelli mill-14 ta’ Frar, u jeħtieġ bejn 14 siegħa u 48 siegħa oħra qabel ma tkun stabilita eżatt il-kundizzjoni tiegħu.
//= $special ?>