Lokali

“L-isport isaħħek fir-ruħ u l-ġisem” – Fr Hillary Tagliaferro

L-isport isaħħek fir-ruħ u fil-ġisem, u jgaħtik ir-regoli tal-ħajja. Dawn ta’ madwar huma kollha ishom uliedi.

Hekk stqarr Fr Hillary Tagliaferro waqt attivita li saret fis-sena li hu jgħalaq 91 sena fejn iltaqa mill-ġdid mal-plejers ta’ snin 70, 80 u 90 li kienu parti miċ-Ċentru Sport Edukattiv.

Fr Hillary sprima tħassib dwar kif illum il-ġurnata t-tfal qed issibu ħafna affarijiet li jtelfuhom fosthom il-mobile u s-social media u ħeġġeġ lil ġenituri sabiex jeddukaw lit-tfal tagħhom.

Hu esprima l-gratitudni tiegħu għal dawk kollha li attendew għal din l-attivita, organizzatta minn Karl Izzo fejn qal li f-91 sena metaforikament  hu kellu erbat itfal. Bl-ewwel wield ikun l-Oratorju ta’ Ħal Tarxien, fejn hu kiber mat-tfal  li kieu jilgħabu il-futbol.

Fr Hillary spjega kif iċ-Ċentru Sport Edukattiv fl-ewwel sena mindu fetaħ  laqa’ madwar 100 persuna u sa erba’ snin wara l-membri kienu telgħu għal 400 fejn eventwalment l-isports beda jinkludi l-ġimnastika, l-atletika, il-basketball u t-tennis.

Waqt din l-attivita Fr Hillary mill-ġdid ġie peżentat it-trofew tal-1983 li kien rebaħ  iċ-Ċentru Sport Edukattiv dan filwaqt li Fr Hillary ingħata l-arma taċ-ċentru

L-Eks plejers taw ukoll  donazzjoni għal dawk it-tfal li jingħaqdu ma’ nursery però ma jkollhomx flus biżejjed biex jixtru l-kit.