Sewwieqa ta’ mutur, Kolombjana ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta ma’ karozza u trakk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 pm fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi.
Għal xi raġuni, is-sewwieqa tal-mutur ħabtet ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 72 sena. Wara din il-ħabta, il-vittma kellha impatt ukoll ma’ trakk misjuqa minn raġel ta’ 43 sena miż-Żejtun.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lil dawk involuti. Filwaqt li l-irġiel ma sofrew mill-ebda ġrieħi, is-sewwieqa ta’ mutur ittieħdet l-Isptar għall-kura. Hi ma tinsabx fil-periklu tal-mewt iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>