Is-Sibt filgħaxija l-President Ukren Volodomyr Zelensky żar il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer, fejn Starmer sostna miegħu li l-Ingilterra se tkompli turi solidarjetà mal-poplu Ukren, kif ukoll sostna li hu ddeterminat biex isib soluzzjoni għal paċi fl-Ukrajna.
Zelensky hu mistenni li se jiltaqa’ mar-Re Charles III matul il-jum tal-Ħadd.
Il-laqgħa ma’ Starmer ġiet ġurnata biss wara li Zelensky iltaqa ma’ Trump – laqgħa li damet biss 20 minuta, u li fiha Trump sostna li Zelensky qed jilgħab logħba ta’ ażżard li setgħet irriżultat fit-Tielet Gwerra Dinjija.
Għada l-Prim Ministru Starmer se jkun qiegħed jorganizza laqgħa ma’ għadd ta’ mexxejja Ewropej qabel issir summit f’Pariġi fis-6 ta’ Marzu, li waqtha se jattendi Zelensky.
//= $special ?>