Futbol Sport

Valletta promossi għall-Malta Premier bħala champions b’mod matematiku

Valletta promossi għall-Malta Premier
Valletta promossi għall-Malta Premier

Valletta Football Club illum rebħu l-konfront dirett li kien imisshom jilgħabu mit-tielet ġurnata tal-fażi Top 8 tal-BOV Challenge League kontra Tarxien Rainbows F.C. bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk il-Beltin aċċertaw b’mod matematiku kemm il-promozzjoni għall-Malta Premier tal-istaġun li ġej, iżda se jkunu promossi bħala champions taċ-Challenge League ukoll.

B’din ir-rebħa, Valletta ma jistgħux ikunu milħuqa minn ebda mit-timijiet ta’ warajhom hekk kif issa għandhom 16-il punt vantaġġ fuq Tarxiern Rainbows u Swieqi United, iżda fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, għad iridu jilgħabu l-konfront tagħhom fit-tmiem din il-ġimgħa minn match day 18.

Fit-tmiem tal-partita, fl-iStadium taċ-Ċentinarju segwew ċelebrazzjonijiet kbar mil-partitarji numerużi Beltin li kienu preżenti għal dan il-konfront.

Sa minn qabel il-partita, in-naħa fejn kienu allokati l-partitarji Beltin kienet mibjugħa kollha, tant li kien hemm partitarji li baqgħu barra.