“Anke l-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant qabel ma-Partit Nazzjonalista li Byron Camilleri kellu jirriżenja”
Dan intqal f’editorjal f’The Malta Independent, fejn l-editur insista dwar il-bżonn li Byron Camilleri jitlaq minn Ministru, speċjalment wara l-għadd ta’ skandli li seħħew fil-Ministeru tiegħu. Intqal ukoll li kien hemm bżonn ikbar li l-Prim Ministru Robert Abela jaċċetta r-riżenja tiegħu, u mhux ikompli għaddej daqs li kieku ma ġara xejn.
Apparti s-serqa ta’ aktar minn 200kg reżina ta’ kannabis li nsterqet mill-AFM, l-Editorjal fakkar kif l-iskandli tal-karti tal-identita’ u tal-ħabż ta’ ftit snin ilu, kif ukoll l-għadd ta’ nuqqasijiet minn naħa tal-korp tal-Pulizija, kollha ġraw taħt il-kontroll tiegħu.
L-editur spjega li minkejja li Abela m’aċċettax ir-riżenja ta’ Camilleri, hu xorta missu rriżenja, irrispettivament minn dak li jaħseb il-Prim Ministru… bħalma kien għamel Chris Fearne is-sena li għaddiet b’konnessjoni mal-inkjesta maġisterjali b’rabta mal-isptarijiet.
Fl-editorjal intqal li l-Gvern issospenda lill-brigadier tal-AFM u ħalla lil Camilleri jitfa r-riżenja tiegħu sempliċiment biex jidher li qed jagħmel xi ħaġa, u biex jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista… minkejja li dan huwa dak li suppost għandu jsir.