Internazzjonali

Charli XCX tiddomina l-Brit Awards

Charli XCX kellha lejl straordinarju fil-Brit Awards 2025, hi rebħet ħamsa mill-aktar premjijiet prestiġjużi tas-serata, li jinkludu Artist of the Year, Album of the Year, u Song of the Year għal kanzunetta “Guess”. Ir-rebħa tagħha ikkonfermata l-istatus tagħha bħala ikona tal-pop. L-artista m’ għamlet l-ebda prestazzjoni fis-serata tal-ilbieraħ filgħaxija.

Rebbieħa oħra tal-Brit Awards jinkludu Ezra Collective, Sam Fender u r-rapper Stormzy. Fl-avveniment sar ukoll tribute lejn il-kantant Liam Payne, li miet f’Ottubru li għadda.

Sabrina Carpenter rċeviet il-premju tas-suċċess globali u għamlet prestazzjoni mill-aqwa bil-hits tagħha “Espresso” u “Bed Chem”.

Filwaqt li din is-sena kien hemm kompetizzjoni kbira fejn fiha kien hemm inklużi artisti stabbilti bħal Dua Lipa u Coldplay li ma rebħu l-ebda premju fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Diversi artisti użaw din il-pjattaforma biex iħeġġu lil awtoritajiet jaħdmu biex jipproteġu l-artisti u jagħtuhom il-ħin, l-ispazju u l-fondi biex jkomplu jiżvillupaw fil-karrieri tagħhom.