Andrè Muscat
FLORIANA………….. 2
MOSTA………………. 2
Floriana: C. Mafoumbi, O. El Hasni, J. Grech (E. Mashike 60’), G. Sotomayor, D. Vella, MN. Garcia (J. Portocarrero 75’), C. Zammit Lonardelli, G. Gamarra (A. Garzia 75’), F. Sasere, A Kouro (J. Fernando 36’), G. Yameogo
Mosta: A. Demba, M. Garcia, P. Afriyie, J. Scerri, C. Eke, G. Goncalves (S. Ojala 88’), C. Failla, N. Agius (J. Arthur 64’), G. Chiemezie (J. Agyemang 63’), J. Teixeira, K. Lampsias (G. Sciberras 46’)
Skorjaw: C. Failla 10’p, 62’p (M), D. Vella 60’ (F), F. Sasere 87’p (F)
Imwissija: C. Zammit Lonardelli 13’ (F), G. Chiemezie 38’ (M), C. Eke 81’ (M), D. Vella 90+3 (F)
Referee: Ezekiel Barbara
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Kurt Saliba
360 Sports Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (Mosta)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Dunstan Vella (Floriana)
Fl-ewwel konfront tal-ġurnata fit-Tony Bezzina Stadium bejn Floriana u Mosta jispiċċa fid-draw ta’ 2-2, biex l-ebda tim miż-żewġ timijiet rispettivi ma ħa l-punti massimi minn dan il-konfront.
Bil-Floriana joħorġu fuq l-offensiva, iżda l-ewwel azzjoni denja tal-partita tasal minn Mosta wara 8 minuti logħob, tkun ħarba ta’ Afriyie li ta’ pass fit-tul lejn Goncalves bil-Brażiljan Mosti jfajjar xutt lejn il-lasti Furjaniżi bid-difensur Kouro jimblokka, iżda finalment kull periklu jkun salvat mill-goalkeeper ta’ Floriana Mafoumbi.
Freekick mix-xellug għall-Mostin fid-9 minuti mogħti mill-captain Failla, fejn fl-istess freekick il-ballun ħabat ma idejn Zammit Lonardelli, bir-referee Barbara jsaffar penalty minnu fih favur it-tim Mosti. Ikun il-veteran u captain ta’ Mosta Clayton Failla li nkariga ruħu mill-11-il metru, biex penalty fl-anglu ta’ fuq in-naħa tal-lemin ta’ Mafoumbi biex il-ballun jispiċċa fix-xibka u Mosta jmorru fil-vantaġġ.
Il-Floriana jibqaw jippresaw bi cross fl-44 minuta mix-xellug ta’ Zammit Lonardelli jitfa’ lejn Sasere bin-Niġerjan jara d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa f’idejn il-goalkeeper Mosti Demba.
Eżatt kif skadew l-ewwel 45 minuta logħob, mix-xellug ikun cross għal Floriana minn Gamarra lejn Fernando, bil-Brażiljan iniżel il-ballun lejn Garcia b’dan tal-aħħar jara’ x-xutt tiegħu jiġi devjat għall-corner favur l-istess Floriana.
Bil-Furjaniżi jkunu l-aħjar tim fil-grawnd fl-ewwel tlett kwarti logħob, iżda jkunu l-Mostin li daħħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0 mat-tisfira finali tat-tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Ezekiel Barbara.
Wara 5 minuti logħob mill-ftuħ tat-tieni taqsima mix-xellug cross ta’ Gamarra għal Floriana lejn Sasere, bin-Niġerjan jogħla fuq kulħadd biex ifajjar daqqa ta’ ras lejn il-lasta Mostija, bil-goalkeeper Demba jkollu jintelaq minn tulu biex seta’ jaqbad il-ballun u jżomm lit-tim tiegħu fil-vantaġġ.
Floriana jkomplu jafsu biex issibu l-gowl tad-draw, fit-52 minuta jerġa jkun cross ta’ Gamarra mix-xellug lejn Sotomayor, b’dan tal-aħħar jintelaq minn tulu biex jitanta xortih bir-ras, iżda l-istess daqqa ta’ ras tagħdi ftit barra mill-wieqfa.
Mosta viċin li jirduppjaw fis-56 minuta, ikun pass fit-tul ta’ Nathan Agius lejn Gabriel Chiemezie, fejn dan tal-aħħar wiċċ imbwiċċ mal-goalkeeper Furjaniż iqabeż il-ballun minn fuq Mafoumbi iżda tkun il-minduda li ċaħdu mill-goal li seta’ ta’ vantaġġ doppju lill-Mostin.
Mas-siegħa logħob il-Greens iġibu d-draw, ikun is-solitu Gamarra li jagħdi l-ballun lejn il-captain Dunstan Vella, b’dan tal-aħħar ifajjar xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa l-kbira lejn ir-rokna tal-lasta bil-ballun jispiċċa fix-xibka.
Mosta jingħataw it-tieni penalty fil-partita fit-62 minuta, din id-darba jkun il-Brażiljan Gamarra ta’ Floriana li fil-kaxxa waqa Afriyie. Jerġa jkun il-captain Failla li mar fuq il-ballun mill-11-il metru, bil-veteran Mosti għal darboħra ma jiżbaljax u jerġa jitfa’ lill-Mostin fil-vantaġġ fil-konfront kontra Floriana.
Fl-74 minuta jkun Demba li b’difikulta jdawar il-ballun f’corner, meta Zammit Lonardelli jipprova crossshot mill-lemin lejn il-lasti Mostin.
Tlett minuti mit-tmiem ikunu Floriana din id-darba li jingħataw penalty, wara li b’ħarba personali tal-captain Vella ikun James Arthur li fil-kaxxa jwaqqa lill-istess Vella, bir-referee Barbara jsaffar il-penalty. Mill-11-il metru jkun Sasere li jerfa’ r-responsabilta’ tal-istess penalty, bin-Niġerjan ma’ jiżbaljax u jitfa’ fl-anglu fuq ix-xellug ta’ Demba u reġa ġab id-draw għal Furjaniżi.
Biż-żewġ timijiet jibqgħu jafsu biex joħorġu mill-grawnd bil-punti massimi, iżda b’6 minuti mogħtija fuq il-ħin regolamentari minn Ezekiel Barbara, il-konfront bejn Floriana kontra Mosta jispiċċa f’parita ta’ 2-2.
Draw li bih Floriana telaw jaqsmu l-ewwel post b’mod momentarju ma’ Birkirkara u Marsaxlokk rispetivament bi 15-il punt, filwaqt li Mosta telgħu jaqsmu is-sitt post b’10 punti daqs Żabbar St. Patricks.
//= $special ?>