Sport Sport Ieħor

Id-debuttant Equiano u Espoir D’Elphigny jispikkaw fit-tiġrijiet Premier

Kenneth Vella

Fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa kellna laqgħa doppja ta’ tiġrijiet taż-żwiemel, is-sitt u s-seba’ laqgħa tas-sena. B’kollox saru sbatax -il tiġrija tat-trott, fosthom diversi heats u semifinali ta’ żewġ kampjonati. Spikkaw fuq kollox żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ntrebħu mid-debuttant Equiano u Espoir D’Elphigny.

Fl-ewwel tiġrija Premier li saret is-Sibt,  Noel Baldacchino talab lill-ġdid Franċiż Equiano biex iżid fil-ġiri matul l-aħħar 500 metru. Dan irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel faċilment b’żewġ tulijiet minn Forban (Cherise Farrugia) u Forsica Du Rocher (Frederick Mallia). Ingesson (Paul Galea) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.4” fil-kilometru.

Espoir D’Elphigny (Rodney Gatt) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza ta’ 2140m tat-tieni tiġrija Premier. Dan qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Al Capone Stecca (Clayton Galea) u Gold Dairpet (Marco Refalo). Douglas Du Pont (Ludvic Ghigo) temm fir-raba’ pożizzjoni. L-ewwel rebħa tas-sena taż-żiemel ta’ Gatt waslet f’medja ta’ 1.15.5” fil-kilometru.

Matul il-laqgħa tal-Ħadd, Rodney Gatt ġie ppremjat bħala l-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Cherise Farrugia bħala l-aħjar sewwieqa taħt il-25 sena u s-sidien tad-debba Hanouchka, is-sinjuri Andre’ Farrugia u Ian Scerri, wara li din spiċċat l-aktar żiemel konsistenti s-sena li għaddiet.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fabio De La Vallee (I. Galea) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Gypsa Bella (Ch. Camilleri) 3. Exil D’Erable (J. Scerri) 4. Helios D’Albret (D. Baldacchino)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Sam (F. Mallia) Ħin – 2.44” (1.16.6’) 2. Diabolo Castelets (A. Magro) 3. Guide Imperial (N. Baldacchino) 4. Calogero RG (M. Debono)

III Tiġrija.  Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Boston Wise L (I. Stivala) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2 Gigaro Am (R. Gatt) 3. Ginko De La Vallee (P. Galea) 4. Exo Des Louanges (C. Vassallo)  

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Goldissime (D. Gatt) Ħin – 2.45.3” (1.17.2”) 2. Typhoeus Face (N. Baldacchino) 3. Gabi Goes To Paris (F. Mallia) 4. Evita D’Estree (A. Farrugia)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Simb Trishia (R. Gatt) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Gonzales (R. Magro) 3. Lee Harvey Bros (P. Galea) 4. Cristal Pierji (G. Attard)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Conungen T.T. (P. Galea) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Gayle Galbe (C. Vassallo) 3. Vasterbo Cobber (C. Calleja) 4. Hodosis (M. Falzon)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Equiano (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Forban (Cherise Farrugia) 3. Forsica Du Rocher (F. Mallia) 4. Ingesson (P. Galea)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gentleman De Larre (J. Said) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Ghost (R. Gatt) 3. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 4. Caucasien (N. Baldacchino)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Kalina D’Ep (P. Galea) 3. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) 4. Starla (J. Schembri)

II Tiġrija. Semifinali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Idillico Sarr (J. Scerri) Ħin –  2.48.1” (1.18.5”) 2. Diablo De Forgan (R. Gatt) 3. Ikarus Fligny (P. Galea) 4. Figaro Du Fan (N. Baldacchino) 5. Power Tooma (Cherise Farrugia) 6. Dario Del Brenta (J. Spiteri)

III Tiġrija. Semifinali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Java D’Urzy (P. Galea) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Professor (J. Vassallo) 3. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 4. Express Novo (I. Galea) 5. Emissoro (R. Schembri) 6. Halex Dark (C. Vassallo)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Holger (P. Galea) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Miracle Of Heaven (R. Gatt) 3. Vikens Ale (C. Caruana) 4. Emeraude Jiji (N. Barbara)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Nehemiah Boko (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Hipanema Ellis (Ch. Camilleri) 3. Cash De Beauregard (J. Bowell) 4. Hegoa Smart (P. Galea)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bounty Roc (O. Briffa) Ħin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Derby Chevalaire (Ch. Camilleri) 3. Vikens Takecool (D. Debono) 4. Cekito De Jupilles (R. Magro)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gabin Sellois (R. Magro) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Dream Maker (P. Galea) 3. Forrest Beji (D. Baldacchino) 4. Mojo Express (R. Gatt)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) Ħin – 2.41.7” (1.15.5”) 2. Al Capone Stecca (C. Galea) 3. Gold Dairpet (M. Refalo) 4. Douglas Du Pont (L. Ghigo)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ecrin Du Layon (P. Galea) Ħin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Quite E Wood (J.P. Farrugia) 3. Jack J.E. (A. Bartolo) 4. Fosbury Zet (N. Baldacchino)