Lokali

Iżrael jimblokka l-għajnuna umanitarja lejn Gaza

Kmieni dalgħodu sar magħruf li l-Gvern Iżraeljan imblokka l-għajnuna umanitarja lejn it-territorju ta’ Gaza. Dan wara li ġiet fi tmiemha l-ewwel fażi tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied.

Netanyahu qed jgħid li l-grupp Hamas irrifjuta estensjoni għal dan il-ftehim għal waqfien mill-ġlied. U l-Hamas minn naħa tagħhom qed jgħid li dan huwa biss theddid u forma ta’ kolp ta’ stat fuq il-ftehim innifsu.

Fil-verità, il-Palestinjani qed jitolbu li tidħol fis-seħħ it-tieni fażi tad-deal li kien sar – skont il-ftehim oriġinali. Dan ikun ifisser il-ħelsien ta’ aktar ostaġġi u priġunieri Iżraeljani, u l-irtirar sħiħ tat-truppi Iżraeljani minn Gaza.