Ir-Red Devils soffrew diżappunt ieħor dan l-istaġun hekk kif ġew eliminati mill-FA Cup wara li ġew megħluba minn Fulham wara l-għoti tal-penalties. Il-partita wara 90 minuta ntemmet 1-1, biż-żewġ timijiet ifallu milli jiksurjaw fil-ħin barrani u l-partita tmur għall-penalties, bl-iskor finali jkun 4-3 għal Fulham.
Fulham marru fil-vantaġġ ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima emta Calvin Bassey xeħet ġewwa bir-ras minn żball ta’ Mazraoui.
Bruno Fernandes jagħmel l-iskor indaqs fil-71 minuta b’xutt tajjeb minn tarf tal-kaxxa minn kross ta’ Dalot mix-xellug.
Għal Manchester United skorjaw il-penalties Bruno Fernades, Diogo Dalot u Casemiro, filwaqt li Victor Lindelof u Joshua Zirkzee jfallu,
Għal Fulham jiskorjaw Raul Jimenez, Sander Berge, Willian u Antonee Robinson.
Brighton għaddew għall-kwarti finali meta għelbu lil Newcastle United 2-1 permezz ta’ gowl fil-ħin barrani.
Alexander Isak skorja l-ewwel fil- partita meta l-Magpies marru fil-vantaġġġ fit-22 minuta hekk kif l-Iżvediz jikkonverti l-penalty.
Minteh jagħmel l-iskor indaqs ftit minuti qabe tmiem l-ewwel taqsima.
Fl-aħħar għaxar minuti iż-żewġ timijiet spiċċaw b’għaxra hekk kif Antony Gordon intwera l-karta ħamra diretta fit-83 minuta, qabel Tariq Lamptey jakkumula t-tieni karta saffra fil-91 minuta.
Danny Welbeck jiskorja l-gowl tar-rebħa għas-Seagull fil-114 minuta mill-assist ta’ Solly March.
FA CUP – ĦAMES RAWND
Il-Ġimgħa
A.Villa v Cardiff C. 2-0
Is-Sibt
Preston NE v Burnley 3-0
C.Palace v Millwall 3-1
Bournemouth v Wolves 1-1(5-4)
Man. City v P.Argyle 3-1
Illum
Newcastle U. v Brighton 1-2
Man. Utd v Fulham 1-1(3-4)