Futbol Sport

Lazio jegħlbu lil Milan b’penalty ta’ Pedro fis-96 minuta

(Ritratt: EPA)

Milan ħasbu li rrnexxielhom jiggwadanjaw punt hekk kif skorjaw gowl fl-84 minuta wara li għal ħafna ħin lagħbu b’għaxra, madankollu gowl fl-aħħar sekondi tal-partita minn Pedro ta t-tliet punti lil Lazio

Fit-28 minuta Mattia Zaccagni jiftaħ l-iskor għal Lazio minn suġġeriment ta’ Tchaouna.

Fil-61 minuta tkompli tikber l-isfortuna għal Milan hekk kif id-difensur Pavlovic intwera karta ħamra diretta fuq foul kommess fuq Isaksen.

Minkejja l-iżvantaġġ numeriku, Milan irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs fl-84 minuta permezz ta’ Samuel Chukwueze minn kross ta’ Leao.

Bl-iżjed mod drammatiku wara li r-Rossoneri kienu kapaċi jġibu l-iskor indaqs fl-aħħar 5 minuti u ħasbu li kisbu punt, Lazio skorjaw il-gowl tar-rebħa meta l-veteran Pedro kkonverta l-penalty tiegħu li wasal minn foul tal-goalkeeper Maignan fuq Isaksen fil-kaxxa.

Il-Ħadd tkomplew iżjed partiti mill-programm tas-Serie A, b’ Torino jieħdu tliet punti kontra Monza, dawn tal-aħħar jidhru dejjem iżjed viċin ir-relegazzjoni.

Elmas jiftaħ l-iskor fl-41 minuta segwit mill-gowl ta’ Casadei fis-66 minuta.

Bologna dawru telfa f’rebħa fi Stadio Renato dell’Ara kontra Cagliari wara li Piccoli skorja fit-22 minuta għat-tim minn Sardegna. Bologna jiskorjaw permezz ta’ Orsolini fit-48 minuta meta jikkonverti l-penaty tiegħu, segwit minn gowl tal-istess Orsolini ftit minuti wara din id-darba mis-suġġeriment ta’ Cambiaghi.

Genoa u Empoli jispiċċaw fi draw ta’ gowl kull wieħed . Għal Empoli skorja Grassi fis-36 minuta u għal Genoa skorja Vasquez fil-81 minuta.

Roma kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva hekk kif għelbu lil Como 2-1 fi Stadio Olimpico.

Como ħasdu lill-avversarji meta marru fil-vantaġġ fl-44 minuta permezz ta’ Da Cunha. Hekk kif għaddiet is-siegħa logħob, il-partita bdiet issir iżjed eċċitanti hekk kif fil-61 minuta il-Giallorossi jagħmlu l-iskor indaqs permezz ta’ Alexis Saelemaekers mis-suġġeriment ta’ Celik, biex żewġ minuti wara Como jispiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa Marc Kempf.

Roma jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fis-76 minuta permezz tal-Ukren Artym Dobvyk.

SERIE A
Il-Ġimgħa
Fiorentina v Lecce 1-0
Is-Sibt
Atalanta v Venezia 0-0
Napoli v Inter 1-1
Udinese v Parma 1-0
Illum
Monza v Torino 0-2
Genoa v Empoli 1-1
Bologna v Cagliari 2-1
Roma v Como 2-1
Milan v Lazio 1-2
Għada
Juventua v H.Verona 8:45pm